Il-Militar Amerikan ippubblika l-ewwel filmat tal-attakk li fih inqatel il-kap tal-Istat Iżlamiku, Abu Bakr al-Baghdadi nhar is-Sibt li għadda. Fil-filmat mhux daqstant ċar jidhru truppi Amerikani jisparaw fuq il-militanti hekk kif huwa wasslu viċin il-post li fih kien hemm mistoħbi al-Baghdadi. Al-Baghdadi, malli ra t-truppi Amerikani, ħarab ġo mina fejn hemmhekk huwa sploda l-isplussiv li kien liebes.
Il-Kap Kmandant Ċentrali tal-Istati Uniti, il-Ġeneral Kenneth McKenzie qal li żewġt itfal mietu ma’ al-Baghdadi u mhux tlieta kif kien irrapurtat. Huwa ma’ kkonfermax id-deskrizzjoni grafika li ta’ l-President Amerikan, Donald Trump, dwar al-Baghdadi, meta Trump qal li l-kap tal-Istat Iżlamiku kien qed jibki bil-biża’ qabel miet.