Wara l-vjolenza u l-ħsarat li ġarrbu l-karozzi tal-membri parlamentari għaliex id-dimostranti spiċċaw jissuttaw bajd, fliexken u saħansitra ġebel, l-Ispeaker tal-Parlament Anġlu Farrugia qal li wara konsultazzjoni mal-pulizija kien meħtieġ li jirrevedi s-sigurtà għad-daħla tal-Parlament.
L-Ispeaker tal-Kamra tar-Rappreżentanti wissa wkoll li jkollu jaġġorna l-Kamra bl-istess aġenda kemm il-darba l-imġieba anki fil-plenarja ma tkunx waħda ċivili.
“Hawn ġew mhux xi shouting arena u rridu nkunu ta’ eżempju għall-poplu”, saħaq Dr. Anġlu Farrugia fil-bidu tas-seduta qabel ma mar għall-ħin tal-mistoqsijiet.