L-Ispeaker saħaq li s-Sedja tal-Parlament m’għandha l-ebda jedd li tindaħal kif tingħata tweġiba għal mistoqsija parlamentari.
F’ruling li ta fil-bidu ta’ seduta parlamentari llejla, l-Ispeaker Anġlu Farrugia ta ruling għal talba tad-deputat Nazzjonalista David Thake.
Thake talab lill-Ispeaker jara hux tweġiba denja għall-ogħla istituzzjoni li kien ta l-Ministru għall-Ambjent Aaron Farrugia.
Il-mistoqsija ta’ Thake kienet dwar siġra tal-Milied.