L-Ispeaker tal-Kamra tar-Rappreżentanti Anġlu Farrugia talab lit-Times tippubblika d-dritt ta’ risposta li ħarġet is-sedja lbieraħ dwar artiklu li deher fil-ġurnal.
Fil-Parlament, Dr Farrugia għamilha ċara li ġurnal bħal mhu t-Times għandu l-obbligu li jirrapporta kull naħa tal-storja.
Spjega li fi stqarrija li ħareġ iċċara l-motivazzjonjiet tiegħu dwar vot waqt laqgħa tal-Kumitat tal-Istandards fil-Ħajja Pubblika.
Meta nnota li d-dritt ta’ risposta li bagħtet is-sedja ma ġiet ippubblikata mkien fit-Times, l-Ispeaker spjega wkoll li jekk hemm xi ħaġa li hu ma jagħmilx, hi li ‘jivvinta xi vot u jżidu mal-voti’, bħal ma kien ġara f’seduta partikolari f’Mejju tal-2010.
“Min għamel ir-rimarka, inzerta jaf din is-seduta sew”, temm jgħid Dr Farrugia.