Eluf ta’ Skoċċiżi jinsabu f’pajjiżna għall-partitissima tal-illejla Malta – Skozzja. Iżda ċ-ċelebrazzjonijiet ilhom ġimgħa għaddejjin f’pajjiżna bil-qofol jintlaħaq illum. Iżda jidher li għal xi wħud iċ-ċelebrazzjoniet diġa laħqu l-qofol qabel il-logħba – Kif tistgħu taraw f’dan il-filmat fejn dan l-Iskoċċiż, tfixkel il-flixkun tal-birra ma’ flixkun żejt.
Għalhekk jekk il-briju wasal f’dan l-istadju kmieni wara nofsinhar, min jaf x’inhu ġej qabel, waqt u wara l-logħba, għaliex diġa wegħduna li jkun xi jkun ir-riżultat se jiċċelebraw.
L-Iskoċċiżi jridu jiċċelebraw akkost ta’ kollox