Dan ix-xahar l-iskejjel se jiftħu bi protokolli ċari u approvati mill-Awtoritajiet tas-Saħħa.
Sostniet dan il-Ministru għall-Edukazzjoni Justyne Caruana f’kummenti ma’ ONE News wara li one.com.mt żvela li l-protokolli għall-ftuħ tal-iskejjel ġew approvati mis-Supretendenza tas-Saħħa Pubblika.
Il-Ministru Caruana qalet li llum stess se jsiru laqgħat mal-partijiet involuti dwar il-ftuħ tal-iskejjel.
Spjegat li imbagħad wara d-diskussjonijiet se jiġi spjegat kollox dwar il-ftuħ tal-iskejjel.
Il-Ministru Justyne Caruana qalet ma’ ONE News li se jkun hemm xi tibdiliet fil-protokolli li għandhom il-barka tal-Professur Charmaine Gauci.
Dan għax issa t-tibdiliet huma bbażati fuq sena esperjenza u anki minħabba l-programm ta’ tilqim b’saħħtu kontra l-Covid-19.
Qalet li kollox se jkun ċar u biex it-tfal ikollhom ambjent sigur fejn jitgħallmu.
Ara wkoll:
https://www.one.com.mt/2021/09/02/il-protokolli-marbuta-mal-ftuh-tal-iskejjel-huma-approvati-mill-awtoritajiet-tas-sahha-pubblika/