Wara talba mill-Gvern Ġermaniż, l-immigranti abbord l-bastiment ġermaniż abbord il-vapur Alan Kurdi iddaħħlu Malta, iżda ħadd mill-immigranti mhu se jibqa’ Malta.
Fi żvolta oħra, erbgħin immigrant iddaħħlu pajjiżna, sabiex issa ser jitqassmu fost il-pajjiż tal-Unjoni Ewropea.
Is-Sibt filgħaxija l-Prim Ministru Joseph Muscat qal li wara t-talba mill-Gvern Ġermaniż l-immigrant idaħħlu Malta.
Qal li l-Gvern Ġermaniż flimkien mal-Kummissjoni Ewropea, għamel l-arranġamenti meħtieġa biex b’mod immedjat, l-erbgħin immigrant abbord l-Alan Kurdi jiġu mqassma bejn numru ta’ pajjiżi membri fl-Unjoni Ewropea.
F’intervista fuq One Radio, il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li Malta mingħajr ma refgħet l-ebda piż, għamlet xi ħaġa umanitarja.
Il-Prim Ministru wera rieda tajba internazzjonali mingħajr ma refa’ piż ta’ dawn l-immigrati. Mistoqsi dwar il-koperazzjoni tal-Gvern Malti biex immigranti interċettati minn vapur Ġermaniż jittieħdu f’pajjiżi oħra tal-Unjoni Ewropea, il-Prim Ministru qal li din kienet deċiżjoni ta’ sens komun.
“Kellna sitwazzjoni fejn il-Gvern Ġermaniż ikkuntatjana u qalilna, aħna nifmu li din mhix responsabbiltà ta’ Malta, nifmu li għandna nieħdu ħsieb dawn in-nies kollha,” spjega Joseph Muscat li fisser kif il-gvern Ġermaniż iddiskuta mal-Kummissjoni Ewropea u pajjiżi oħra biex ikunu huma li jieħdu dawn in-nies.
“F’sitwazzjoni bħal dik fejn pajjiżna ma jitgħabba b’ebda piż, imma juri rieda tajba, rieda tajba internazzjonali li tgħin ħafna r-reputazzjoni ta’ pajjiżna, jien ħassejt li b’mod responsabbli, anke għaliex tkun kwistjoni umanitarja, ngħid iva,” qal Joseph Muscat li spjega li kienet deċiżjoni ta’ sens komun.
“Nuru rieda tajba filwaqt li nipproteġu l-interess nazzjonali u l-ħajja umana,” spjega Joseph Muscat.
L-immigranti ġew trasferiti fuq il-Patrol Boat tal-Forzi Armati barra l-ibħra territorjali Maltin.
Huma iddaħħlu Malta għall-ħabta tal-ħdax ta’ filgħodu abbord f’xatt it-tiben. Fost l-immigranti kien hemm
L-immigranti ġejjien minn pajjizi bħal Ghana, Kosta tal-Avorju, Mali, Kamerun, Liberja u Togo.