Dieħel ġmielu l-ispirtu tal-Milied f’Ħad Dingli, hekk kif sa tmiem din il-ġimgħa, din il-lokalita’ ser tkun attrazzjoni allegra. Għat-tieni sena konsekuttiva, l-Għaqda Talent Dingli ser jerġa’ jikser ir-rekord bil-kalzetta tal-Milied, li hija twila tmien metri u tmintax-il ċentimetru u erba metri u għoxrin ċentimetru mill-biċċa t’isfel.
Din il-kalzetta kkulurita li tinsab fi ġnien il-Mafkar, hija tqila ħamsin kilo u hija magħmula minn drapp irriċiklat li nġabar mingħand ir-residenti Dinglin. Din il-kalzetta ser tiġi mkejla sabiex tkun inkluża fil-Malta Records.
Dwar dan tkellimna ma’ Adam Zahra li huwa ċ-Chairman tal-Għaqda Talent Dingli, fejn spjegalna kif kull min se jattendi se jgawdi minn spettaklu sħiħ ta’ divertiment immirat għall-familja kollha:
“Il-kalzetta min irid jaraha għandha l-weekend sħiħ; ħa jkun hawn divertiment sħiħ; ġewwa misraħ il-mafkar li għadu kemm ġie rranġat- kant żfin- igawdi l-ġnien u l-villaġġ. Diversi stalls min irid jixtri- kant ikel ħelu.”
Kull min se jattendi, it-tfal ser ikollhom l-opportunita’ li jirkbu ferrovija u jduru dawra mar-raħal ta’ Ħad-Dingli. Dan il-vjaġġ ser iwassalhom sal-villaġġ tal-Milied fejn hemmhekk ser isibu jilqagħhom Christmas Father bir-rigali għal din is-sena.
Min-naħa l-oħra, dan l-ispirtu jinħass ukoll fil-Parroċċa ta’ Santa Marija, hekk kif l-abbatini għaddejjin b’ħidma ntensiva sabiex jagħmlu presepju mibni bil-ġablo riċiklat u l-ġibs. Dwar dan, tkellimna f’aktar dettall ma’ Matthias Attard li huwa l-prefett tal-grupp ta’ abbatini tal-istess parroċċa:
“Qed naħdmu fuq presepju li ser qiegħed ikun esebit fil-knisja Santa Marija Ħad-Dingli. Qed jaħdmuh bil-ġablo riċiklat u ġibs- jikkonsisti f’xeni differenti f’Ħad-Dingli. Knisja parrokljai, kappella ta’ Santa Marija Maddalena fuq l- irdum, kappella ta’ Santa Duminka, San Pawl tal-pitkali fost l-oħrajn.