Fi Pjazza San Franġisk, fir-Rabat Għawdex, għexieren ta’ Għawdxin laqgħu lir-rebbieħa ta’ X Factor Malta, Michela Pace.
Fost id-diversi nies kien hemm ukoll il-Ministru għal Għawdex Justyne Caruana fejn wara li awgurat lil Michela Pace tas-suċċess li għamlet, hi qalet li “Għawdex għall-Eurovision”. Kien ħdax -il sena ilu li kantanta Għawdxija rrapreżentat lil Malta f’din il-kompetizzjoni importanti.