L-għaqda Repubblika mmexxija minn Robert Aquilina, ħu d-Deputat Nazzjonalista Karol Aquilina, ddefendiet ukoll in-nuqqasijiet fiskali ta’ Jason Azzopardi li għal tliet snin ma ddikjarax x’jaqla’.
L-għaqda Repubblika, b’esponenti tal-fazzjoni ta’ Simon Busuttil fi ħdanha, ħarġet għonqha għal Jason Azzopardi u minflok waħlet fil-Gvern.
Mistoqsija dwar ir-reazzjoni tal-għaqda, li tant titkellem fuq il-governanza, il-President tal-għaqda, Robert Aquilina ma kkundannax lil Jason Azzopardi, wieħed mid-Deputati li jattendi l-protesti li torganizza din l-għaqda.
ONE News żvela kif id-deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi għandu l-vizzju li ma jiddikjarax id-dħul għal fini ta’ ħlas ta’ taxxa.
Fl-aħħar ħames snin, Jason Azzopardi għamel tliet snin konsekuttivi ma jiddikjara xejn u fl-aħħar waħda li ddikjara x’jaqla’, qanqal dubji serji.
Dan hekk kif minkejja li jiftaħar tant li hu Avukat imqabbad, għall-2019, Jason Azzopardi ddikjara li ma qala’ xejn mill-professjoni legali u negozju.