L-għajnuna tal-Gvern fil-ħlas tal-pagi għan-negozji milquta mill-imxija ġiet estiża sal-aħħar ta’ Ottubru li ġej.
Dan ħabbru l-Prim Ministru Robert Abela waqt li kien qed jindirizza l-Kamra tal-Kummerċ. Huwa ħabbar ukoll li l-vouchers tal-mitt ewro li qassam il-Gvern li kull persuna minn sittax-il sena ‘l fuq, ukoll ġew imġedda sal-aħħar tax-xahar id-dieħel.
Il-Prim Ministru stqarr: “I am aware that many of you are concerned that both schemes will run till the end of September. Let me start by announcing that the COVID-19 wage supplement will run in its current form till the end of October and we will extend the validity of the vouchers till then.”
Il-Prim Ministru kkonferma wkoll li wara Ottubru, l-Gvern mistenni jkompli jgħin lill-poplu permezz ta’ baġit ieħor li se jkompli jkattar il-ġid għand kulħadd.
Dr Abela sostna: “In the upcoming budget we intend to give another boost to our economy similiar to what we did last June. It will be more comprehensive as it will reach more vuisiness and consumers whilst it will continue to ensure that prosperity reaches all.”
Mal-ġurnalisti, il-Prim Ministru Robert Abela rrimarka wkoll kif permezz ta’ din l-għajnuna mogħtija mill-Gvern, din il-ġimgħa stess, pajjiżna reġa’ rċieva ċertifikat ieħor pożittiv fis-suq tax-xogħol. Fakkar kif filwaqt li statistika uffiċjali wriet li fiż-żona ewro żdied il-qgħad, f’pajjiżna naqas b’0.4%.
Il-Prim Ministru saħaq: “Il-wage supplement huwa kruċjali biex inżommu nies milli jitilfu xogħlhom milli nżpmmu negozji li jmorru lura. Morna tajjeb tul dawn l-aħħar xhur u ma nistgħux nirtiraw f’dan l-aktar mument kruċjali.”
Min-naħa tiegħu, il-President tal-Kamra tal-Kummerċ, il-Perit David Xuereb laqa’ l-fatt li l-Gvern immexxi mill-Prim Ministru Robert Abela qed jaħdem sabiex tkompli tittejjeb il-governanza tajba u qed tkompli tissaħħaħ dejjem aktar is-saltna tad-dritt.
Xuereb laqa’ wkoll il-fatt li l-Gvern attwa diversi proposti mid-dokument li kien ppreżentat mill-Kamra tal-Kummerċ stess fl-ewwel jiem ta’ Robert Abela bħala Prim Ministru.