Sentejn ilu f’pajjiżna, fl-ewwel xhur tal-pandemija, ġew miġbuda xeni għal film Jurassic World Dominion. Universal Pictures għażlu mhux biss, biex pajjiżna jservi bħala sfond għal ġbid ta’ dan il-film, iżda saħansitra Malta hija parti mill-istorja hekk kif ser naraw kif pajjiżna ser jispiċċa bħala d-dar tad-dinosawri. Jurassic World Dominion mistenni joħroġ għal wiri fis-swali taċ-ċinema f’Ġunju li ġej.
Segwi hawn it-trailer uffiċjali ta’ Jurassic World Dominion