Malli l-Prim Ministru ħabbar li din hija l-akbar rebħa fl-istorja ta’ pajjiżna fejn l-indikazzjonijiet huma li l-Partit Laburista ġab 55%; riżultat li jfisser distakk ta’ 17% bejn iż-żewġ partiti.
Dan huwa l-ikbar distakk fl-istorja politika Maltija, ikbar mir-rebħa Laburista tal-1947.
Il-Prim Ministru qal li l-Parit Nazzjonalista huwa indikat li kiseb 37%.
Aleander Balzan; kap tal-komunikazzjoni tal-Partit Laburista qal li jidher fiċ-ċar li l-Moviment li jdawwar lill-Partit Laburista għadu b’saħħtu u jgawdi l-apoġġ tal-poplu Malti u Għawdxi kollu grazzi għat-tmexxija tal-Gvern, u anke l-kampanja pożittiva mill-Partit Laburista.
Sostna dan ukoll Kurt Farrugia, il-kap tal-komunikazzjoni tal-Prim Ministru li qal li dan huwa sinjal ċar li n-nies jagħżlu l-għaqda flok il-firda. “Il-messaġġ tal-kampanja kien wieħed pozittiv u nemmen li huwa sinjal ta’ fiduċja kbira fil-Prim Ministru u fil-kandidati kollha tal-Partit Laburista.”