L-itqal ħaġa li kelli nagħmel hija li ngħid lil ommi u missieri li qed naħdem mill-qrib kontra l-‘Coronavirus’ Hekk stqarr Li Ming, Deputat Direttur ta’ Sptar f’Wuhan f’filmat ippublikat mis-sit ‘China Daily’.
Huwa spjega kif il-pazjenti qed jingħataw t-trattament skond ir-riżultati tal-ewwel viżta tat-tabib. Dan filwaqt li jekk is-sintomi tal-coronavirus ma jkunux qawwijin il-pazjent jingħata għażla jekk dan jinżammx taħt kwarantina fid-dar tagħhom stess.
It-tabib bid-dmugħ f’għajnejh spjega kif għalih dan hu xogħol normali u li jagħmel ta kuljum hekk kif il-professjoni tiegħu titlob li jkun iddedikat għall-ġlieda kontra l-mard. Stqarr li wara erba’ siegħat liebes l-ilbies protettiv tkun diġa għajjejt u l-istress li qiegħdin taħtu u l-għajnejn tad-dinja fuqhom mhux jgħinu.
Qal li filwaqt li x-xogħol għaddej sew fl-isptar hemm nuqqas kbir ta’ sodod hekk kif iżjed pazjenti f’qagħda kritika qed ikunu miżmuma għall-iżjed kura. Madankollu stqarr li ħafna nies li qed imorru l-isptar qed ibgħatu biss minn sintomi ta’ riħ jew influwenza iżda minħabba l-biża li hemm kulħadd qed idur fuq is-servizzi tas-saħħa biex ikun ċert.