Eluf kbar ħonqu kull rokna tal-Belt għal dak li qed jitqies bħala l-aktar avveniment tas-sena li matulu l-belt Valletta ġiet inkurunata bħala bħala l-Kapitali Ewropea tal-Kultura 2018. It-toroq tal-belt kienu ddominati minn spettaklu sħiħ u divertiment għall-familja kollha minn erba’ pjazez ewlenin. Waqt dan l-avveniment, spikkaw għadd ta’ sorprizi f’diversi toroq, logħob tan-nar u kunċert mill-aqwa f’Misraħ San Ġorġ f’muzika mill-aqwa tad-Dj popolari Tenisha akkumpanjat mill-Orkestra Filarmonika ta’ Malta.
Il-Qawma tat-Tritoni kienet l-akbar rappreżentazzjoni b’dimensjoni internazzjonali li saret fi Pjazza Tritoni bis-sehem ta’ sittin żeffiena Maltin u barranin li ddendlu fil-għoli u kkrejaw xibka ta’ akrobazziji sospiżi fuq il-funtana tat-tritoni. Din il-korjografija tfasslet mill-Kumpanija tat-teatru La Fura del Baus.
L-effetti viżivi u d-dwal projettati li ttellgħu waqt il-prestazzjoni Qalbna taw dehra mill-isbaħ lill-Pjazza San Ġorġ. Kull min kien preżenti kellu l-opportunita li jara dan l-ispettaklu akkumpanjat minn żfin modern b’mużika orginali komposta mill-artist Malti Cyprian Cassar.
L-ispettaklu ta’ dwal kien iddominat ukoll fi Pjazza Kastilja fejn il-pubbliku seta’ jitpaxxa b’animazzjoni kif ukoll spettaklu ta’ dawl fuq il-Berga ta’ Kastilja li minn qiegħ l-imgħoddi ħadna sal-quċċata tal-ġejjieni biex jagħti għarfien lill-istorja ta’ pajjiżna.
Pjazza San Ġwann kienet iddominata minn sinfonija korali magħmula minn iżjed minn mitt korist. Kant li kien imżewwaq bl-effetti tad-dwal innovattivi li dawlu l-faċċata tal-konkatidral ta’ San Ġwann li għada kif ġie irrestawrata.
Bejn wirja u oħra l-pubbliku preżenti iltaqa ma’ numru ta’ sorpriżi li komplew iżidu mal-brijju li ddomina l-Belt Valletta fosthom daqq ta’ muzika minn diversi baned.
Iċ-ċelebrazzjonijiet ġew fi tmiemhom f’kunċert Tempo, kunċert kbir f’Misraħ San Ġorg mid-Dj Popolari Tenisha li kien akkumpanjat mill-Orkestra Filarmonika ta’ Malta
Din il-festa ta’celebrazzjoni nislet il-ferh fost il-folla numeruża li kien hemm prezenti fejn ma naqsux ukoll kummenti pożittivi. Dawn ic-celebrazzjonijiet taw il-ħajja lill-belt Valleta li hija mżewqa fl-istorja u l-kultura li mhux biss jagħtu isem lill-Malta imma li jnisslu sens ta’ ġrajja u identita’ għall-kull wieħed u waħda minna.