Żgur li ħafna jiftakru Ċellinu, drama tal-Milied li għalkemm taf l-oriġini tagħha fl-2004, mhux l-ewwel darba li tul dawn iż-żminijiet, fil-jiem tal-festi tal-Milied ħafna huma li jsegwu fuq xi stazzjon lokali. Ċellinu hija drama bi produzzjoni ta’ Hermann Bonaci Productions u li oriġinarjament kienet ixxandret għall-ewwel darba fuq ONE.
L-attriċi prinċipali ta’ Ċellinu m’hi ħadt ħlief Abigail Gatt, li llum kibret u qed tiċċelebra l-25 sena tagħha. Abigail hija n-neputija tal-attur u kittieb famuż Joe Gatt, li kien propju hu li kiteb Ċellinu.
M’għadhomx tfal iżda qed jikbru wkoll iż-żewġ atturi prinċipali tas-sensiela Ċellinu. Ċellinu f’żewġ episodji li produċejt lura fis-sena 2004 fejn ta’ kull Milied tintagħlab sabiex tidher fuq xi stazzjon tat-TV u baqgħet wisq mistennija u wisq tintgħoħob. Ċellinu kienet l-attriċi ħelwa Abigail Gatt li llum għalqet 25 sena filwaqt li ċ-ċkejken Albert li f’Ċellinu kien ibgħati b’kundizzjoni rari kien interpretat mill-kuġin ta’ Abigail, Lyon Grech li wkoll kellu l-birthday propju tlett’ijiem ilu. Dawn it-tnejn huma n-neputijiet tal-famuż attur u kittieb ta’ diversi produzzjonijiet fosthom Ċellinu stess, Joe Gatt. Awguri Abigail u Lyon. Ċellinu jibqa’ f’qalbi.
Hermann Bonaci, Produttur
Segwi parti minn Ċellinu hawn: