Il-kumpanija Gulf Med li l-operat tagħha jdur mal-manutenzjoni tal-ħelikopters, ser tkun qed tinvesti f’tim ġdid ta’ ħaddiema Maltin.
Dan b’kollaborazzjoni mal-MCAST li ser twassal għal iżjed opportunità ta’ xogħol għall-istudenti Maltin.
Dan l-istazzjon tkellem mal-Kap Eżekuttiv tal-kumpanija, Emma Finlay Broadbelt li spjegat kif filwaqt li kumpaniji oħra madwar id-dinja fis-settur tal-avjazzjoni kellhom ikeċċu l-impjegati minħabba l-isfidi li ġabet magħha l-pandemija, f’pajjiżna l-kumpanija ma keċċietx ħaddiema bl-għajnuna kruċjali tal-Gvern.
Finlay Broadbelt spjegat: “What we felt was very positive was the support we received from the Ministry in terms of Wage Supplement. It actually allowed us to retain more of our work force whereas with the slump in business typically you would be required to shed some of your work load, you know your work force. So we were very pleased that this lifeline was, you know, afforded to us in a difficult time. It was good thinking on the ministries side and very much a lifeline for us when we needed it.”
Hija spjegat kif l-pandemija wriethom li n-nuqqas ta’ ħaddiema Maltin impjegati mal-kumpanija kienet vulnerabbiltà, speċjalment meta tinbdel is-sitwazzjoni bħal dik li għexna fl-aħħar xhur. Kien għalhekk li l-kumpanija ser tara li tinvesti f’numru ta’ impjegati Maltin li għada pit għada jistgħu wkoll jingħataw sehem attiv fit-tmexxija tal-kumpanija.
Finlay Broadbelt sostniet: “We can overtime develop them and train them and they will become the future CEOs as well as the maintainers of the helicopters and cover all sectors of our aviation helicopter sector.”
Il-Ministru għall-Ekonomija u l-Industrija Silvio Schembri stqarr kif dan it-tip ta’ investiment f’pajjiżna huwa inkoraġġanti speċjalment f’dan iż-żmien. Stqarr kif dan juri l-fiduċja li n-negozji għandhom f’pajjiżna u t-tmexxija tiegħu.
Il-Ministru Schembri stqarr: “F’sitwazzjoni fejn is-settur tal-avjazzjoni nafu li huwa milqut ħafna mill-pandemija, li xorta qed jafdaw fil-politika tal-Gvern Malti u qed ikomplu jinvestu issa ħalli jkomplu jkabbru l-operat tagħhom ġewwa pajjiżna u anke joffru opportunitajiet ta’ taħriġ b’mod partikolari liż-żgħażagħ Maltin li jmorru l-MCAST sabiex ikollhom opportunità ta’ xogħol ukoll b’din l-industrija.”
Il-Kap Eżekuttiv ta’ INDIS, Karl Azzopardi spjega kif bħalissa huwa l-aħjar żmien għall-investiment fis-settur tal-avjazzjoni sabiex meta kollox jibda jirritorna għan-normal jkun hemm imbuttatura ġdida li tixpruna t-tkabbir fis-settur. Huwa stqarr li ser ikun qed ikompli l-investiment fuq il-mitjar Malti fost l-oħrajn.