Membri tal-ekwipaġġ u l-passiġġiera kollha salvaw wara li ajruplan privat li telaq minn Austin f’Texas iġġarraf fir-runway tal-ajruport internazzjonali tal-kapitali tal-Honduras u nqasam min-nofs.
Filmati li tpoġġew onlajn urew residenti ta’ Tegucigalpa joħorġu lin-nies mill-ajruplan imġarraf, filwaqt li oħrajn bdew jitfgħu l-ilma fuqu.
Ħaddiema tat-tifi tan-nar waslu fuq il-post u mlew il-fdalijiet tal-ajruplan bil-foam.
Kawża tal-inċident, parti mill-ajruplan spiċċa fit-triq.