Il-Prim Ministru Robert Abela tkellem b’mod virtwali ma’ Mary Pizzuto li għandha 91 sena u tgħix f’San Vinċenz de Paul. Hija kienet l-ewwel anzjana f’pajjiżna li ħadet it-tilqima għal kontra l-Covid-19.
Mal-Prim Ministru, Mary irrakkuntat esperjenzi li għaddiet minnhom fi żmien il-gwerra. Hija qalet ukoll li minkejja li wliedha mhumiex imorru jarawha minħabba l-imxija, huma qed iċemplulha kuljum.
Il-Prim Ministru staqsa lil Mary dwar kif tqatta’ l-jiem u din dlonk spjegatlu kif issegwi l-aħbarijiet.
Il-Prim Ministru qal lill-anzjana kif la tgħaddi l-pandemija se jżur lill-anzjani li qegħdin f’San Vinċenz de Paul, bl-anzjan laqgħet dan bil-ferħ.