Kont taf meta tlaqqa’ għall-ewwel darba l-Parlament Malti kien fl-ewwel ta’ Novembru tal-elf disa’ mija wieħed u għoxrin… proprju mitt sena ilu.
ll-Parlament Malti kien ingħata permezz ta’ Kostituzzjoni ġdida mill-ħakkiem Ingliż mill-Gvernatur Herbert Plumer, f’Mejju ta’ dik is-sena.
Din il-Kostituzzjoni kienet se tinvolvi l-ewwel Gvern responsabbli mmexxi mill-Maltin, li fisser li l-Maltin kienu se jmexxu l-affarijiet lokali.
Il-Kostituzzjoni tal-Amery-Milner waslet wara l-irvellijiet tas-Sette Giugno tal-elf disa’ mija u dsatax, fejn erba’ Maltin ħallsu b’ħajjithom.
F’Novembru ta’ mitt sena ilu kien hemm l-ewwel elezzjoni, fejn intrebħet mill-Unione Politica Maltese mmexxi mill-Monsinjur Panzavecchia u l-ewwel Prim Ministru kien Joseph Howard.
Il-Parlament Malti li beda jiltaqa’ fil-Palazz tal-Gran Mastru fil-Belt kien maqsum fi tnejn, hekk kif kien hemm l-Assemblea u s-Senat.
L-Assemblea hija dak li nafu llum fil-Parlament, kien magħmul minn tnejn u tletin membru, waqt li s-Senat kien jinkludi membri tal-Kleru, gradwati mill-Università, fost oħrajn u kien magħmul minn sbatax-il membru.
F’dan iż-żmien sabiex wieħed jivvota ried ikollu iżjed minn wieħed u għoxrin sena, tkun taf tikteb u taqra u jkollok propjetà u setgħu jivvutaw biss irġiel.
Din inbidlet fil-Kostituzzjoni tal-elf disgħa segħba u erbgħin, hekk kif mill-elezzjoni ta’ dik is-sena l-irġiel u n-nisa kollha ‘l fuq minn wieħed u għoxrin kellhom id-dritt tal-vot.
Fl-elfejn u ħmistax, il-Parlament Malti għall-ewwel darba kellu l-ewwel binja ddedikata għalih, dik biswit Bieb il-Belt.
Kellhom jgħaddu mija u wieħed u għoxrin sena taħt il-ħakma Ingliza, li pajjiżna kellu jingħata Gvern responsabbli mmexxi mill-Maltin, li imbagħad waslet sabiex pajjiżna kiseb l-Indipendenza, ir-Repubblika u l-Ħelsien.