Kienu bosta l-kummenti fuq is-sit soċjali Facebook u Twitter ta’ tifħir għall-erbatax-il edizzjoni tal-Junior Eurovision Song Contest li kien organizzat f’pajjiżna.
Spettaklu li kien imżewwaq b’ħafna talent barrani u lokali, b’bosta żeffiena juru x’jafu waqt l-intervalli. Kienet il-kantanta ta’ Ġorġja Mariam Mamadashvili u d-diska Mzeo hija r-rebbieħa tal-Junior Eurovision ta’ din is-sena li għat-tieni darba wara l-2014.
Ir-rappreżentanta Maltija, Christina Magrin tat interpretazzjoni mill-aqwa u kisbet is-sitt post, bil-kanzunetta Parachute. Kienu bosta li faħru l-esebizzjoni tat-tifla Maltija li minkejja li ma kisbitx l-ewwel post, xorta waħda onorat lill-Malta bl-interpretazzjoni stupenda tagħha.
L-ispettaklu ttella’ f’Dar il-Mediterran fil-Belt Valletta u fost l-udjenza kien hemm numru sabiħ ta’ tfal u adoloxxenti ġejjin minn għadd ta’ skejjel f’Malta.