Xi kultant ninsew li persuni b’diżabilità jaffaċjaw diffikultajiet ta’ kuljum, ħafna drabi f’affarijiet bażiċi u għalhekk ikollhom bżonn l-assistenza.
Wieħed irid jifhem li persuna b’diżabilità tkun tixtieq li xorta waħda tkun indipendenti u xi kultant ma jkollhomx familjari li jkunu jistgħu jieħdu ħsiebhom. Għal dawn in-nies, il-klieb ta’ servizz huma mportanti ħafna u huma essenzjali fil-ħajja tagħhom. Kif jidher tajjeb f’dan il-filmat dawn il-klieb huma kapaċi:
- Iwissu persuni li jbatu mid-dijabete li għandhom bżonn jiċċekjaw il-livell taz-zokkor fid-demm
- Jigwidaw tfal fuq l-ispettru tal-awtiżmu
- Jassistu persuni b’nuqqas ta’ smigħ
- Jgħinu tfal li għandhom problemi soċjali u ta’ komunikazzjoni
Il-Fondazzjoni għal klieb ta’ servizz appellat biex aktar nies jagħtu donazzjoni biex persuni li għandha bżonn l-assistenza tkun tista’ wkoll tibbenefika minn dan is-servizz.