L-ewwel Awla ta’ din l-iskeda, ddiskuta s-saħħa mentali. Fost persuni li tkellmu dwar l-esperjenzi personali tagħhom waqt il-programm, kien hemm Ira Losco li rrakkontat ftit mill-esperjenzi tagħha waqt intervista esklussiva li xxandret.
Ira stqarret li l-ewwel darba li bdiet tesperjenza diffikultajiet fis-saħħa mentali tagħha jmorru lura għall-bidu tal-karriera, meta dak iż-żmien kellha għoxrin sena. Dawn id-diffikultajiet bdew għaliex bdiet tesperjenza bidla f’ħajjitha meta saret magħrufa aktar man-nies. Ira tkellmet ukoll dwar l-irwoli differenti tagħha. Minn kantanta u artista fuq palk għal omm.
Segwi hawn silta mill-intervista li Ira għamlet mat-tim ta’ Awla fuq ONE: