Fl-10 ta’ Ottubru, Kersten ħareġ it-tielet single tiegħu din is-sena bl-isem, Funk Me Up. Id-data intgħażlet biex taħbat mal-Jum Dinji tal-Għarfien tas-Saħħa Mentali, peress li Kersten xtaq ixerred il-pożittività u jipprovdi dak il-fattur ta’ sensazzjoni tajba f’kanzunetta ta’ 3 minuti.
Għall-ewwel darba, Kersten ikkompona, b’ko-produzzjoni ma’ Matthew James, track funk, b’backbeat disco, imħallat b’bosta ‘licks’ bluesy u rock.
Għalkemm din kienet l-ewwel track li Kersten ipproduċa ma’ Matthew James, din ma kinitx l-ewwel darba li kkolabora ma’ Matthew, filfatt, Funk Me Up ħadmu fuqha ftit wara li ħadmu flimkien fuq l-aħħar release bil-Malti ta’ Kersten, flimkien ma’ JPx, Għaliex Jien?
Graham jgħid li “din hija l-aktar kanzunetta enerġetika, groovy u pożittiva li ktibt u qed jogħġobni dan l-istil ta’ kitba.”
Il-video mużikali nġibed għand Theater Next Door. Iż-żewg żeffiena huma Kayley u Jade minn Dope Dance Company, Thomas Cauchi fuq it-trumpets u Matthew Gellel serva bħala l-inġinier tad-dawl.
Tista’ ssegwi FUNK ME UP hawnekk: