Hekk tibda s-sena f’Napli, fin-naħa t’isfel tal-Italja. Hija tradizzjoni fil-pajjiż li n-nar jitla’ kollu f’salt bl-iskop li kulħadd ikun qed jiċċelebra mument unit.
Sal-lum Napli għadha magħrufa għall-istil tat-toroq tagħha b’ambjent storbjuż u mċaqlaq u anke għall-presepju Naplitan. Hija magħrufa wkoll ghall-festi tradizzjonali bħal San Gennaro fejn id-demm tal-qaddis San Januarius jinħall darbtejn f’sena; f’Mejju u f’Settembru. Jekk dan ma jsirx, il-poplu Naplitan jibża’ li se jiġri avveniment mhux pjaċevoli matul is-sena. Bosta Maltin xi darba żaru dan il-pajjiż speċjalment għall-ikel u għax-xiri tal-pasturi.