Numru ta’ karozzi nġarru mal-ilma għal ġol-baħar kif ukoll ristoranti ġarrbu għadd ta’ ħsarat fix-Xlendi.
Dan kawża ta’ xita qalila li laqtet lill-gżejjer Maltin u Għawdxin.
Għawdxija li tkellmet ma’ ONE News spjegat kif kienet ilha snin ma tara dan l-ammont ta’ xita nieżel fuq il-gżejjer Għawdxin, tant li kien ilhom mill-1964 ma raw dak l-ammont ta’ ilma tax-xita nieżel fit-toroq.
Intant żoni oħra madwar Malta wkoll sfaw milquta mill-maltemp, tant li siġra f’Ħ’Attard tqaċċtet mill-għeruq, qaċċtet arblu u spiċċat għal nofs tat-triq.
Kienu bosta wkoll li rrapportaw xita qalila fil-lokalità tagħhom, b’għadd ta’ ħaddiema tat-tindif dalgħodu qamu biex inaddfu t-toroq mill-perikli li nħolqu kawża tal-maltempata.