Għall-ħabta ta’ 12:00pm, diversi pumpiera mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili ssejħu fi Triq San Pawl fl-Imġarr biex jitfu nirien li ħakmu karozza li kienet ipparkjata.
Il-pumpiera mill-istazzjon tat-tifi tan-nar fix-Xemxija, tfew in-nar fi ftit ħin, u s-sħaba tad-duħħan li segwiet setgħet tidher mill-bogħod.
Ħadd ma weġġa’ f’dan l-inċident, minkejja li saret xi ħsara fuq il-bieb u t-twieqi li hemm mal-ġenb fejn kienet ipparkjata l-karozza.
Dwar dan il-każ għaddejjin l-investigazzjonijiet tal-Pulizija biex jiġi determinat x’ikkawża n-nirien, u kelliem għall-Pulizija qal ma’ ONE News li għadu mhux magħruf jekk dan kienx inċident jew sarx bi ħsieb.
Ritratt u filmat: Ian Farrugia