one.com.mt jinsab infurmat li għall-ħabta tat-8:00 ta’ dalgħodu karozza tal-linja ħadet in-nar f’Ħal Luqa.
Fi stqarrija l-Malta Public Transport qalet li ħadd ma weġġa’ wara li żviluppaw xi nirien fuq tal-linja li kienet għaddejja fuq rotta 72. Hija qalet li l-passiġġieri tniżżlu minn fuq tal-linja u ttieħdu miżuri ta’ prekawzjoni.
Il-Malta Public Transport qalet li nfetħet inkjesta interna biex tiġi stabbilita l-kawża ta’ dawn in-nirien u skużat ruħha għal kull inkonvenjent, filwaqt li rringrazzjat li dawk kollha li taw l-għajnuna tagħhom.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.
Ritratt u filmat: Brandon Dezi Vassallo