Ħadd ma weġġa’ wara li kmieni dalgħodu karozza tal-linja nħakmet minn nirien f’Burmarrad.
Fi stqarrija, il-kumpanija Malta Public Transport qalet li l-każ seħħ għall-ħabta tas-6:30 ta’ dalgħodu meta l-karozza li dak il-ħin kienet qed taħdem r-rotta 31 kienet fi triqitha lejn Buġibba.
Il-passiġġiera kollha ġew evakwati minnufih, u tim apposta ta’ Malta Public Transport kienu fuq il-post minnufih.
Malta Public Transport qalet li bdiet investigazzjoni interna biex ikun stabbilit x’ikkawża n-nirien.
Hija temmet tirringrazzja lill-awtoritajiet li kienu involuti f’dan il-każ biex il-passiġġiera u l-ħaddiema jkunu protetti.
Intant il-pulizija qalet lis-sewwieqa biex jevitaw Triq Burmarrad mill-Mosta direzzjoni lejn il-Qawra għaliex it-triq tinsab magħluqa.