Ħadd ma ndarab meta għall-ħabta tan-12:30 ta’ dalgħodu vettura saret ħuġġieġa waħda fil-Ħamrun.
Il-każ seħħ fi Triq Giovanni Barbara meta vettura tat-tip Nissan inħakmet minn nirien kbar.
Fuq il-post issejħu membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili sabiex jikkontrollaw in-nirien kif ukoll Pulizija tad-Distrett.
Minn investigazzjonijiet preliminari, kollox jindika li l-vettura tqabbdet apposta minn persuna jew persuni mhux magħrufa.