L-Oppożizzjoni għażlet li llum tagħmel spin u tinfexx tgħajjat flok tkun kontabbli.
Fi stqarrija l-Partit Laburista nnota l-atteġjament tal-Oppożizzjoni Nazzjonalista fil-laqgħa tal-Kumitat għall-Kontijiet Pubbliċi wara li Konrad Mizzi għażel li ma jidhirx biex jixhed quddiem il-Kumitat Parlamentari.
Il-Partit Laburista qal li d-Deputati tal-Oppożizzjoni lanqas kienu kapaċi jaqblu minnufih u mingħajr problemi ma’ talba tal-membri tal-Gvern biex il-Kumitat għall-Kontijiet Pubbliċi jitlob b’mod magħqud lix-xhud imsejjaħ illum, biex jirrikonsidra l-pożizzjoni tiegħu u jattendi fis-seduta li jmiss.
“Quddiem din it-talba tal-membri tal-Gvern, l-Oppożizzjoni riedet biss tgħawweġ ir-regoli tal-Kumitat biex tagħmel spin politiku”, qal il-Partit Laburista.
F’ħin minnhom ukoll, d-deputat Karol Aquilina reġa’ tilef il-kontroll u ntilef f’isteriżmu u għajjat.