Għexet il-maġġorparti ta’ ħajjitha fuq il-palk, fi studjo tat-televixin jew inkella fi studjo tal-kant, Julie Pomorski bla dubju m’għandha bżonn l-ebda introduzzjoni fix-xena lokali. Illum irritornat fix-xena lokali bħala kantawtriċi.
”ili ntella’ u nniżżel il-possibilita’ li nippubblika xi materjal oriġinali u proprju issa ddeċidejt li huwa ċ-ċans. Ar’Int! fuq kliem u mużika tiegħi stess, b’xi ftit għajnuna minn Conrad Dimech ta’ Blacklight Studios hija biss l-bidu, togħma żgħira ta’ dak mistenni fix-xhur li ġejjin”
Julie Pomorski – Kantawtriċi
Ar’Int!, l-ewwel kanzunetta oriġinali mill-vuċi ta’ Julie Pomorski mill-2017 ‘l hawn, hija akkumpanjata minn vidjo mużikali ffilmjat minn Three Wise Men. Dan il-filmat jagħti ħafna kulur lill-kanzunetta, u mhux biss għax hemm fjuri ta’ kull kulur, iżda għax jirnexxielu jagħti dimensjoni oħra.
Segwi hawn il-vidjo mużikali ta’ din il-kanzunetta: