Fuq il-mezzi soċjali qed idur filmat ta’ bosta nies miġbura f’dak li hu mifhum bħala party f’residenza privata.
Fil-filmat jidher saħansitra tipjip ġewwa.
Fuq l-imwejjed jidhru anki flixken ta’ xorb u jidher li ħafna min-nies preżenti huma barranin.
Nifhmu li l-pulizija qed tinvestiga każ dwar ksur tar-regoli marbuta mat-trażżin tal-imxija.
Fid-djar mhuwiex permess li jinġabru persuni ġejjin iżjed minn żewġt idjar differenti.