Il-kantawtur John Newman, jinsab f’Malta u faħħar lil pajjiżna bil-lingwa tagħna stess. F’temp tipiku malti, f’ġurnata mill-isbaħ għall-aħħar jum tas-sena, l-organiżżaturi tal-kunċert ta’ tmiem is-sena, l-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta, dawwru lil Newman mal-Forti Sant’Iermu, l-post fejn il-kantant ser jagħti l-prestazzjoni tiegħu lil eluf ta’ Maltin u Għawdxin li ser ikunu qed isegwu permezz tat-televiżjoni. John Newman huwa l-mistieden prinċipali għall-ispettaklu nazzjonali ta’ tmiem is-sena 2021.
B’entużjażmu u bil-bandiera Maltija fuqu, il-kantawtur lissen il-kliem ”Malta kemm int sabiħa”, filwaqt li stqarr mal-organiżżaturi kemm hu impressjonat bil-ġmiel li toffri l-Belt Kapitali tagħna u l-madwar.
Ara s-sentenza li qal bil-malti John Newman, hawn: