ONE News jinsab infurmat li ftit tal-ħin ilu żviluppaw nirien fl-inħawi tax-Xagħra Għawdex.
Kelliem għall-Pulizija ikkonferma l-każ u stqarr ma’ dan is-sit li ħadd ma weġġa’ kawża ta’ dawn in-nirien li jidher li tkebbsu minn ħaxix niexef.
Ritratt li kiseb ONE News juri daħna sewda kbira tidher minn bosta inħawi f’Għawdex.
Nifhmu li ħaddiema tal-Protezzjoni Ċivili marru minnufih fuq il-post biex jikkontrollaw in-nirien.