Fl-aħħar sigħat reġa’ żbroffa l-vulkan Etna.
Minn l-ogħla vulkan fl-Ewropa ħareġ duħħan kbir flimkien ma’ lava.
L-ajruport internazzjonali ta’ Katanja ma kienx affettwat minn dan l-iżbroff.
Minkejja dan, bħalissa għaddej assessjar biex tkun evalwata s-sitwazzjoni.
Minħabba żbroff bħal dan fil-passat ġieli kellu jingħalaq l-ajruport internazzjonali ta’ Katanja minħabba li din il-belt kienet miksija duħħan u rmied.