Raġel minn Tas-Sliema ta’ 53 sena ttieħed l-isptar wara li tilef il-kontroll tal-vettura li kien qiegħed isuq, u baqa’ dieħel ġo arblu tad-dawl.
L-inċident seħħ tard waranofsinhar, għall-ħabta tal-5:30 p.m. fit-Triq Reġjonali.
Fuq il-post marru l-Pulizija, il-Protezzjoni Ċivili u rim mediku b’ambulanza. Ġew mgħarrfa ħaddiema wkoll tal-Enemalta minħabba l-periklu tal-kurrent elettriku.
Il-kundizzjoni tal-persuna għadha mhux magħrufa.
Aktar dettalji fil-ħin li ġej…