It-Tlieta filgħodu kienu bosta li sebħu jitkellmu dwar l-aktar miżuri tal-Budget li laqtuhom. Crew ta’ ONE News dar dawra mat-toroq ewlenin tal-Belt Valletta u staqsa lin-nies dwar l-ewwel Budget ta’ Robert Abela.
Fost l-aktar miżuri li ntlaqgħu kien hemm it-tqassim mill-ġdid tal-vouchers tal-mitt ewro kif ukoll l-iskemi għal dawk li jixtru l-ewwel jew it-tieni proprjetà.
Il-pensjonanti ma naqsux milli laqgħu iż-żieda ġdida ta’ ħames ewro fil-ġimgħa u l-użu ta’ trasport pubbliku b’xejn għall-anzjani ‘l fuq minn sebgħin sena.
Fl-istess waqt, l-imħabba u rispett tal-ġenituri għat-tfal tagħhom ma naqsitx.