Ħadd ma ndarab meta sfronda saqaf ta’ ħanut fl-Imsida.
Il-każ seħħ għall-ħabta tal-12:00 fi Triq il-Bordin fl-Imsida meta għal xi raġuni sfronda parti mis-saqaf tal-ħanut tal-ikel bil-konsegwenza li x-xorok spiċċaw fuq l-imwejjed u l-għamara li hemm fil-ħanut.
Fuq il-post hemm numru ta’ Pulizija u kif ukoll sid il-ħanut fejn qed jiġbru l-informazzjoni neċessarja u saħansitra tkellmu mal-kunrattur tal-binja ta’ fuq il-ħanut li hi ta’ madwar sitt sulari.
Fortunatament ħadd ma kien fil-ħanut fil-mument li seħħ il-każ