Is-Sibt filgħodu bosta pprotestaw fil-Belt Valletta kontra l-vaċċin għall-COVID-19 u l-miżuri kontra l-pandemija. Il-folla mxiet fost oħrajn quddiem Kastilja u quddiem il-Parlament, fejn talbet biex jitneħħew il-miżuri kontra l-pandemija.
Id-dimostranti nstemgħu jgħidu wkoll li l-vaċċin qed irażżan il-libertà tagħhom, minkejja li wieħed tħalla fil-libertà biex jiddeċiedi jitlaqqamx jew le.
Il-protesta mxiet għal quddiem Kastilja, u dehru wkoll bosta kartelluni jattakkaw u jiddubitaw l-awtoritajiet tas-saħħa.
Rapporti fil-midja qalu wkoll li xi dimostranti qablu lilhom infushom mal-Lhud fi żmien l-Olokawst hekk kif kienu liebsa still safra, simili għal dik li kellha bilfors tintlibes mil-Lhud fit-Tieni Gwerra. Hawn saħansitra deheru wkoll messaġġi li jqabblu lil min ħa l-vaċċin ma’ skjavi.
Ħafna mid-dimostranti ma kinux liebsin maskra.