Persuni mhux magħrufa niżlu max-xatt tax-Xemxija fejn minkejja l-appelli li saru biex dak li jkun jibqa’ ġewwa u jevita li jmur fejn il-baħar, dawn il-persuni sfidaw kull appell u għamlu proprju dan.
Apparti li resqu ħdejn il-baħar, niżlu proprju max-xatt fejn il-mewġ jidher li qed jaħkem l-art sabiex jagħmlu sajda mhux tas-soltu.
Minn filmat meħus li tpoġġa fuq il-midja soċjali, dawn il-persuni sfidaw il-maltemp u l-mewġ u bdew jaqbdu l-ħut fil-mument li bew jitilgħu għal fuq l-art.
Wara li bdew jaqbduhom, dawn il-ħut bdew jitpoġġew f’baskett.