L-iljun li ħarab minn ċirku f’Ladispoli, viċin il-kapitali Taljana, Ruma, issa jinsab maqbud, u lura fil-kustodja tal-ħaddiema taċ-ċirku, wara li ġie lluppjat.
Permezz ta’ filmati fuq il-midja soċjali, l-iljun, bl-isem ta’ Kimba, deher jgħarrex it-toroq tal-lokal, is-Sibt filgħaxija.
Is-Sindku tal-lokal, Alessandro Grando, kien appella lir-residenti sabiex ma joħorġux minn djarhom, sakemm jinqabad l-iljun.
Grando qal li dan l-episodju għandu jwassal għal diskussjoni, kontra l-esplojtazzjoni tal-annimali fiċ-ċirku.
Temm jgħid li huwa ma tax l-awtorizzazzjoni għall-preżenza ta’ ċirku bl-iljuni, iżda ma setax iwaqqaf dan milli jsir.