Illejla fil-bullettin tal-aħbarijiet tas-7:30pm, ONE News se jxandar iżjed kummenti tad-deputati Nazzjonalisti li nqabdu għall-għarrieda fejn ħasbu li mhux se jinstabu u jagħtu fil-għajn.
Mitt jum mill-ħatra ta’ Bernard Grech, il-Kap tal-Oppożizzjoni għadu ma ħatarx Shadow Cabinet u f’ONE News se jixxandru r-reazzjonijiet tad-deputati Nazzjonalisti.
Wieħed minnhom, David Thake ftit kien jinteressah dwar ix-Shadow Cabinet ta’ Bernard Grech jew meta ser iħabbru.
Li interessah biss li tilef il-kannol tad-deżerta għax wara l-Milied qed jagħmel id-dieta.