F’seduta Parlamentari llejla, il-Whip tal-Oppożizzjoni Robert Cutajar qam jargumenta u jilmenta għaliex il-Ministru fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru Carmelo Ablea wieġeb l-mistoqsijiet parlamentari għan-nom ta’ Ministri oħra.
Din hija proċedura parlamentari li ssir skont standing orders tal-Parlament, speċjalment meta l-Ministru ma jkunx preżenti fil-Kamra minħabba impenji oħra.
Għall-argumenti tal-Oppożizzjoni dlonk intervjena l-Membru Parlamentari Laburista Joe Mizzi, fejn saħaq kif dak li qed targumenta l-Oppożizzjoni ma jagħmilx sens hekk kif Robert Cutajar stess kien qed isaqsi mistoqsija parlamentari għan-nom tad-Deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi li dak il-ħin lanqas kien fil-Kamra tar-Rappreżentanti.
Il-Whip tal-Gvern Glenn Bedingfield spjega li dak il-ħin il-Ministri kkonċernati kienu għadhom għaddejjin b’ħidma tal-Gvern u fil-fatt daħlu fil-Kamra ftit wara