Ħadd ma ndarab f’nirien li tkebbsu f’appartament f’Birkirkara.
Il-każ seħħ għall-ħabta tas-14:00 fi Triq San Ġiljan f’Birkirkara meta għal xi raġuni appartament inħakem minn nirien.
Fuq il-post issejħu membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili fejn fi ftit ħin ikkontrollaw in-nirien.