Il-Qorti ordnat biex issir l-evalwazzjoni tal-inġenji u makkinarju tal-kumpanija ta’ kostruzzjoni Torka, Taca, li kienet qed taħdem fuq il-proġett tal-Fortina f’Tas-Sliema.
Il-kumpanija Fortina ħabbret li temmet ir-relazzjoni tagħha mal-kumpanija Torka wara li fallew in-negozjati bejn iż-żewġ naħat biex jerġa’ jibda ix-xogħol fuq il-proġett.
Dan wara li kien hemm kwistjoni dwar ħlasijiet tal-pagi fejn saħansitra l-ħaddiema tal-kumpanija Torka spiċċaw anki strajkjaw.
Il-Fortina kienet qalet ukoll li se żżomm responsabbli l-kumpanija ta’ kostruzzjoni Torka għad-danni tax-xogħlijiet li waqgħu lura.
Saħqet li se tibqa’ impenjata biex tlesti l-proġett, b’kuntrattur ieħor.