Madwar siegħa wara t-tmiem tal-partita bejn Leicester City u West Ham United iġġarraf il-helikopter ta’ sid l-istess Leicester, Vichai Srivaddhanaprabha. Il-media Ingliża qed tirraporta li l-helicopter iġarraf ftit tal-metri l-bogħod mill-grawnd ta’ Leicester propju fil-parkeġġ tal-impjegati li hemm biswit il-King Power Stadium.
Immedjatament fuq il-post intbagħtu numru kbir ta’ ħaddiema tal-emerġenza li evakwaw il-grawnd u għalqu ż-żona viċin l-inċident filwaqt li pumpiera bdew jippruvaw jitfu n-nirien qawwija li ħakmu lill-helikopter.
Sa issa għadu mhux magħruf kemm kien hemm nies abbord il-helikopter iżda ħafna qed jibżgħu li s-sid biljunarju tal-klabb seta’ kien fuqhu hekk kif ftit tal-minuti qabel huwa kien preżenti għall-partita u deher viċin il-helikopter tiegħu li niżel fil-pitch ftit wara tmiem il-logħba.
Xhieda fuq il-post tal-inċident qalu li ftit qabel waqa’, instema ħoss qawwi li x’aktarx ġie mill-iskrun ta’ wara. Wara li nstema dan il-ħoss il-helikopter deher idur b’veloċita kbira sakemm eventwalment kraxxja f’ballun tan-nar ftit metri l-bogħod mill-partitarji.
Aktar dettalji fil-ħin li ġej.
The Leicester City chairmans helicopter has just crashed outside the King Power Stadium ! 😮 – pic.twitter.com/bXX4CbwGFv
— Liam Edwards (@Ed_7991) October 27, 2018
Helicopter crash outside Leicester City stadium pic.twitter.com/c6Yb89WoTU
— Ceren Senkul💀 (@CerenSenkul) October 27, 2018