Kelb tar-razza tal-Yorkshire Terrier spiċċa nġabar minn quddiem il-bieb tad-dar tiegħu tard filgħaxija f’Santa Venera.
Toby kien quddiem il-bieb ta’ familtu fi Triq Patri Franġisk Grech f’Santa Venera wara li għal xi raġuni ħareġ barra l-bieb waqt li membru minn tal-familja fetħet il-bieb biex tidħol lura d-dar. Sfortunatament sakemm il-familja ndunat li Toby kien nieqes, kien wisq tard.
Ġara li filmat meħud minn kameras tas-sigurtà wera raġel li kien għaddej mill-istess triq li lemaħ lill-kelb barra fejn ġabru u ħadu miegħu.
Intant il-familja qed tappella għal kull tip ta’ għajnuna biex jinstab Toby hekk kif jinsabu b’qalbhom maqsuma li Toby sparixxa proprju ftit jiem qabel il-Milied.
Kull min għandu xi informazzjoni jista’ jagħmel kuntatt fuq 99177448 jew iċempel l-Għassa tal-Pulizija tal-Ħamrun.