Is-sena l-ġdida tinsab ftit sigħat biss ‘il bogħod.
Iżda hekk kif kulħadd jinsab b’ħeġġa liema bħalha biex jilqa’ l-2020, il-pajjiżi tal-Lvant diġà ċċelebraw l-wasla tagħha.
L-ewwel pajjiżi li taw merħba lis-sena l-ġdida kienu Samoa u Kiribati.
L-ispettaklu f’Samoa kien ikkaraterizzat b’wirja kbira ta’ logħob tan-nar.
New Zealand ukoll laqa’ l-2020, u fi bliet bħal Auckland kien hemm imħejji spettaklu ta’ logħob tan-nar imħejji ma’ Sky Tower, hekk kif l-ispettaturi żifnu u ċċelebraw.
Ma naqasx l-ispettaklu annwali li jsir fl-Awstralja, hekk kif mat-tokki ta’ nofsillejl, intesew għal ftit in-nirien li ħakmu l-pajjiż u li ħallew diversi vittmi.
Il-logħob tan-nar xegħel il-Port ta’ Sydney li issa sar sinonimu sew mal-merħbiet li jingħataw lis-sena l-ġdida.
Wara l-Awstralja laqgħu l-2020 il-Ġappun…… il-Korea ta’ Isfel…… l-Indoneżja, iċ-Ċina u partijiet mir-Russja.
Fil-ħin li ġej Moska u l-Lvant tal-Ewropa se jsellmu l-2019 u jilqgħu l-2020, filwaqt li ftit wara jkun imiss lil pajjiżna u ċ-ċentru tal-Ewropa.
Fis-siegħa ta’ filgħodu ħin ta’ Malta r-Renju Unit se jilqa’ s-sena ta’ Brexit, jiġifieri s-sena li fiha se naraw jitlaq mill-Unjoni Ewropea wara bosta posponimenti.
F’Times Square fi New York eluf ta’ nies mistennija jagħtu merħba lis-sena l-ġdida permezz ta’ ballun kbir li jibdel il-kuluri u tfigħ ta’ miljuni ta’ biċċiet tal-karti.