Numru ta’ ħaddiema li kienu qed jagħmlu xi xogħlijiet f’Tas-Sliema jistgħu jgħodduha b’waħda.
Dan hekk kif vann li kien qiegħed fl-istess niżla, għal xi raġuni baqa’ nieżel b’lura bil-konsegwenza li baqa’ dieħel fuq żewġ vannijiet oħra li kienu qed iwettqu xi xogħlijiet.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Fil-filmat imtella’ minn Free Hour Malta, raġel jider mgħejjun fil-ġenb tat-triq fejn jidher biċ-ċar jaqa’ fl-art.
Intant il-Pulizija kkonfermat ma’ ONE News li f’dan l-inċident ma kien hemm ebda rapport li ndarab xi ħadd.